Ħaddiem f'Cassar Shipyards il-Marsa ddaħħal l-isptar għall-kura wara li weġġa' fuq il-post tax-xogħol, meta seħħet splużjoni minħabba ħsara fil-pajp tal-arja.
L-inċident seħħ iktar kmieni wara nofsinhar fit-tarzna privata fi Triq is-Saliba tal-Marsa.
L-isplużjoni wasslet biex il-ħaddiem iweġġa' dahru fl-impatt, imma l-ġrieħi mhumiex gravi.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili, Ambulanzi u Pulizija sabiex jassistu r-raġel midrub.