Ħadd ma jweġġa' f'serqa fil-Gżira

Żewġ irġiel daħlu fil-ħanut, fejn wieħed minnhom x'aktarx kellu arma tan-nar

Żewġ persuni aktarx irġiel, ilbieraħ, filgħaxija, għall-ħabta tal-9:40pm, daħlu f'ħanut fil-Gżira u talab il-flus lil wieħed mill-impjegati.

Il-persuni kienu lebsin maskra u hoodie, waqt li wieħed minnhom kellu arma tan-nar.

Il-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit marru minnufih fuq il-post, fejn waqt il-ħin tal-każ, fil-ħanut kien hemm biss żewġ impjegati – żagħżugħ ta’ 17-il sena, residenti San Ġwann u mara ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar.  Ħadd minnhom ma weġġa’.  Filwaqt li l-ħallelin irnexxielhom jaħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Demicoli li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka