Dione Mercieca miet waqt li kien qed jistenna li jgħaddi ġuri fuq il-qtil ta' Martin Scicluna ta' 43 sena, tmien snin ilu. Mercieca kien akkużat li spara żewġ tiri f'ras Scicluna quddiem xi impjegati oħra għax skont xhiedha kien qal li dan kien qed jiffrodah b'xi flus meta kienu jmexxu negozju flimkien. Mercieca kien taha ruħu lil pulizija ftit wara li nqatel Scicluna u Mercieca kien ingħata l-liberta proviżorja tliet xhur wara l-inċident u sal-lum kien għadu jistenna li jsir il-ġuri. Iżda dan issa mhu se jseħħ qatt wara li mercieca tilef ġlieda kontra l-kanċer u miet.
Dione Mercieca hu persuna magħrufa ħafna fil-qasam tal-Football minħabb li kien wieħed mill-pijunieri tat-tqegħid ta' pitches artfiċjali madwar Malta u Għawdex u anke barra min Malta fejn l-kumpannija tiegħġu Italgreen kienet waħda mill-aktar imfittxija f'dan ix-xogħol. Dan l-aħħar Dione Mercieca ħakmitu marda qerrieda li hu ġġildilha għal diversi snin fejn fil-fatt dan l-aħħar ma setax jitkellem minħabba intervent li sarlu fi griżmejh.