Għall-ħabta tal-3:50am, il-Pulizija ġew infurmati li ġewwa Triq Ġnien Xibla, fix-Xagħra Għawdex, kienet instemgħat splużjoni.
Il-Pulizija mid-Distrett tar-Rabat, Għawdex, marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ illi sar ġie nnutat li l-isplużjoni kienet seħħet ma’ residenza. Jirriżulta lil dan is-sit illi r-residenza hija tan-nanna ta' Sandro Ciliberti li fil-fatt jgħix fl-istess residenza. Filwaqt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, kawża ta’ din l-isplużjoni żewġ vetturi, waħda ta’ tip Mercedes Benz u oħra ta’ tip Ford Transit li kienu pparkjati quddiem ir-residenza kif ukoll l-bieb tal-garaxx tar-residenza ġarbu xi ħsarat.
Huwa mifhum li Ciliberti li huwa kuntrattur kien sospiż milli jidħol il-grawnd ta' Ta Qali f'Settembru 2010 flimkien ma' żewġ uffiċċjali oħra tat-tim tal-futbol tal-Belt Valletta u erba' plejers ta' Birkirkara
Fuq il-post issejħu membri mill-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.