Raġel Ingliż ta' 45 sena tilef ħajtu wara li pprova jwettaq suwiċidju meta kien qiegħed jinżamm b'arrest preventiv flp-Isptar Monte Carmeli. Għalkemm tim mediku prova jsalvalu ħajtu t-tentattivi fallew.
Fi stqarrija l-Minietru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali spjega kif bil-każ ġew infurmati l-Pulizija kif ukoll il-Maġistrat Dr Gabriella Vella li ordnat inkjesta. Barra l-inkjesta Maġisterjali, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali wkoll se jkun qed jordna inkjesta interna