Aġġornata | Żewġ persuni l-isptar wara inċident fi Triq il-Kosta

Żewġ vetturi kienu involuti f'ħabta head-on fi Triq il-Kosta

L-inċident seħħ fi Triq il-Kosta
L-inċident seħħ fi Triq il-Kosta

Żewġ sewwieqa u tliet passiġġiera kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei għal kura wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta.

Mill-informazzjoni li ġbarna s’issa, jidher li ż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta. Waħda mill-karozzi ġarrbet ħsarat kbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am.

F'waħda mill-vetturi kien hemm żewġ nisa, waħda ta' 20 sena minn San Pawl il-Baħar u żagħżugħa ta' 17-il sena min-Naxxar. 

Il-vettura l-oħra kienet qed tinstaq minn raġel u miegħu kellu passiġġiera mara ta' 31 sena mill-Mellieħa. 

Il-kundizzjoni tas-sewwieqa għadha mhix magħrufa, iżda qed ikun irrapurtat li hemm żewġ persuni li qed isofru minn ġrieħi gravi. 

It-triq ingħalqet minn żewġ naħat. 

More in Kronaka