Sewwieq ta' mutur l-isptar wara ħabta ma' karozza

Sewwieq ta' mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f'ħabta ma' karozza

Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Sa Maison.

L-inċident seħħ fi Triq li mill-Imsida tagħti għall-Belt Valletta għall-ħabta tat-8:30am.

Ambulanza li marret fuq il-post, ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura.

Il-kundizzjoni medika tas-sewwieq għadha mhix magħrufa. 

More in Kronaka