Terremot qawwi ta' magnitudni 6.7 fuq skala Richter, heżżeż it-tramuntana tal-Ġappun wara nofs in-nhar fejn ġew sospiżi temporanjament is-servizz tal-ajru u anke il-ferrovija.
L-epiċentru kien rappurtat li kien 51 kilometru in-naħa t'isfel ta' Hokkaido eżatt f'Shizunai l-Ġappun. Skont it-televiżjoni Ġappuniż weġġgħu tnejn min-nies f'Sapporo Shiroisi-ku.
Fl-istess żona fejn weġġgħu dawn it-tnejn jgħix Malti, Damian Busuttil li qalilna li hu jinsab tajjeb, "kont qed nistrieħ u ċempilli t-telephone fejn avżawna li kien hemm terremot, id-dar bdiet titheżżeż kollha iżda ma kelli l-ebda ħsara. Ili l-Ġappun 10 snin u kont hawn anke meta kien hawn it-Tsunami, iżda dan kien l-aktar darba li ħassejtu għax ta qabel kien lejn Tokyo ħafna l-bogħod minn hawn." qalilna Busuttil.