Bomba toqtol raġel f'Marsaskala.. kien investigat dwar bejgħ illegali ta' diesel u akkużat li traffika d-droga

Il-karozza ma kinitx reġistrata f'isem Cachia

Il-ħofra li tidher fis-seat tal-karozza fejn inqatel il-vittma • Fil-ġenb: il-vittma Martin Cachia
Il-ħofra li tidher fis-seat tal-karozza fejn inqatel il-vittma • Fil-ġenb: il-vittma Martin Cachia

Raġel tilef ħajtu dalgħodu wara li bomba ma' karozza splodiet u ħadet in-nar. Dan qabel mal-istess karozza ħabtet mal-ħajt. Dan ir-raġel kien identifikat bħala Martin Cachia illi jidher li kien investigat fil-każ dwar bejgħ illegali ta' diesel lejn Malta mill-Libja kif ukoll kien akkużat bi traffikar tal-kannabis u b'pussess ta' arma tan-nar lura f'Awwissu 2013. Intant sorsi li tkellmu mas-sit timesofmalta.com qalu li Cauchi għandu każ pendenti relatat ma' traffikar tal-persuni.

Intant jidher illi l-karozza li magħha twaħħlet il-bomba ma kinitx reġistrata f'isem Cachia.Fuq il-post fejn seħħet l-isplużjoni marru pulizija, ambulanzi u membri mill-Protezzjoni Ċivili.

More in Kronaka