Il-familji tat-terroristi maqtula ifittxu lill-Pulizija Franċiża
Il-qraba qed jgħidu li Hasna Aitboulahcen u Tarek Belgacem ma kinux armati meta ġew maqtula mill-uffiċjali Franċiżi
More in Kronaka
Il-qraba qed jgħidu li Hasna Aitboulahcen u Tarek Belgacem ma kinux armati meta ġew maqtula mill-uffiċjali Franċiżi
Il-familji ta’ żewġ terroristi tal-ISIS li allegatament sparaw u qatlu diversi nies f’Pariġi qed jfittxu bil-qorti lil pulizija Franċiża talli qatluhom.
Il-qraba qed jgħidu li Hasna Aitboulahcen ta’ 26 sena u Tarek Belgacem,li kellu madwar 30 sena ma kinux qed iġorru armi meta nqatlu.
Aitboulahcen inqatlet 5 ijiem wara l-attakk terroristiku f’Pariġi mill-ISIS fejn ġew maqtula 130 persuna.Hasna kienet moħbija f’subborg fit-tramuntana ta’ Pariġi St Denis meta daħlu fl-appartament tagħha l-commandoes Franċiżi u sparaw eluf ta’ tiri.
Hasna Aitboulahcen, mietet flimkien mal-kuġin tagħha Abdelhamid Abaaoud il-moħħ wara dawn l-attakki u terrorist ieħor Chakib Akrouh, terrorista ieħor.
Il-familja Aitboulahcen jemmnu li kienet innoċenti u jmissha ngħatat iċ-ċans biex tagħti ruħha f’idejha.
Fabien Ndoumou l-avukat tal-familja qal, “Nikkunsidra li Hasna hi vittma. Kienet taħt pressjoni mill-kuġin tagħha li kien jhedded lil familja tagħha u familji tal-ħbieb tagħha.
Il-familja ta’ Tarek Belgacem, li wkoll ġie maqtul mill-pulizija qed jgħidu li nota fejn hu qed jikkoferma allejanza ma’ ISIS ġiet impoġġija fuq ġismu. Anke missieru qed ifittex uffiċjalment lil pulizija talli qatlulu lill-ibnu fis-7 ta’ Jannar.
Allegatament Tarek mar quddiem il-pulizija b’sikkina tal-laħam b’ġakketta suwiċida li ma kiinitx ta’ vera filwaqt li għajjat "Allahu Akbar". Il-familja ta’ Tarek qed tgħid li dan kollu kien fabbrikat mill-pulizija Franċiża tant li ma jridux joħorġu l-video ta’ dak li ġara eżatt.
Missier il-vittma qed jgħid li ibnu kien żagħżugħ normali bħal kull żagħżugħ ieħor u qed jgħid li l-pulizija setgħu sparawlu mingħajr ma qatluh. Il-pulizija Franċiża qed tgħid li ma taqbilx ma dak li qed jingħad u se jikkontestaw dawn l-akkużi kontrihom