Biża' ta' bomba mal-uffiċċju ta' Deborah Schembri

Irriżulta li kienet biss kaxxa mimlija bil-ħmieġ

Għall-ħabta tad-9.30 ta' dalgħodu, il-pulizija rċeviet telefonata dwar pakkett suspettuż li kien hemm fi Triq Isoard f'San Pawl il-Baħar, preċiżament qrib l-uffiċċju tas-Segretaru Parlamentari Deborah Schembri.

Membri tal-bomb disposal unit marru fuq il-post sabiex jaraw x'inhi s-sitwazzjoni u jeżaminaw dan il-pakkett suspettuż. Minkejja dan, irriżulta li din il-biża' ta' bomba ma kienet xejn għajr kaxxa mimlija bil-ħmieġ.

Għal xi ħin sakemm ittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji, ingħalqet triq Isoard.

More in Kronaka