Raġel ta' 65 sena jitlef ħajtu fl-Imġarr

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-vettura ħabtet ma' vettura pparkjata, ma' ħajt u ma' arblu 

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10.45pm fi Triq San Filippu l-Imġarr, raġel ta’ 65 sena residenti l-Imġarr tilef ħajtu waqt li kien f’vettura.

Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li vettura tat-tip Peugeot, li kienet qed tiġi misjuqa mir-raġel, kellha impatt ma' vettura ipparkjata, ma’ ħajt u kif ukoll ma’ arblu. Il-vettura ipparkjata hija tat-tip Ford.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei.  Sfortunamanet ir-raġel ġie iċċertifikat bla ħajja fuq il-post. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita x’wassal għall-mewt tar-raġel. Awtopsja mistennija titfa' aktar dawl fuq il-fatt jekk ir-raġel tilifx ħajtu kawża tal-inċident.

More in Kronaka