Raġel f'qagħda kritika wara argument fis-Swieqi

Ir-raġel intlaqat minn arma li taqta' u bil-ponta 

Ritratt arkivji
Ritratt arkivji

Dalgħodu għall-ħabta tat-8am, il-Pulizija kienu infurmati li fi Triq il-Keffa, is-Swieqi kien hemm raġel mal-art u li kellu xi ġrieħi. Il-kundizzjoni medika tal-vittma ġiet ikkonfermata bħala waħda kritika.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel, x’aktarx ta’ nazzjonalità barranija kien involut f’argument ma’ numru ta’ persuni oħra meta safa milqut minn arma li taqta’ u bil-ponta.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għaddejjin bl-investigazzjoni fuq il-każ.

More in Kronaka