Malta bl-ogħla rata ta’ kanċer tas-sider fl-Ewropa

Wieħed minn kull erba’ mwiet fl-Ewropa kkaġunat mill-kanċer

Malta għandha l-ogħla rata ta’ mwiet ikkawżati minn kanċer tas-sider fl-Ewropa. Dan jirrġżulta minn statistika maħruġa mill-Eurostat, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, għall-Jum Dinji kontra l-Kanċer. Iżda fil-każ ta’mwiet b’dan it-tip ta’ kanċer fin-nisa, Malta u Ċipru jinsabu fl-ewwel post flimkien.

Minn din l-istatistika jirriżulta li wieħed minn kull erba’ mwiet fl-Ewropa kien ikkaġunat mill-kanċer.  Jirriżulta wkoll li fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kien hemm 1.3 miljun mewt ikkaġunata minn tipi differenti ta’ kanċer fl-2013. Minn dawn 726,500 (56%) kienu rġiel u 570,300 (44%) nisa. Fl-istess sena Malta kenna 851 mewt bil-kanċer, 463 (54%) irġiel u 388 (46%) nisa.

L-aktar kanċer li kkawża mwiet fl-irġiel fl-Unjoni kien il-kanċer tal-pulmun b’26% tal-każijiet, fin-nisa kien il-kanċer tas-sider b’16%.

Fil-kas tal-kanċer pankrejatiku Malta tiġi biss wara l-Fillandja fl-inċidenza ta’ mwiet minn dan it-tip ta’ kanċer. Pero fil-każ ta’ mwiet ta’ nisa b’dan it-tip ta’ kanċer ukoll qed nokkupaw l-ewwel post fl-Unjoni.

More in Kronaka