Mara bi ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza

Il-mara ma tinsabx fil-periklu tal-mewt wara inċident f'Raħal Ġdid

Iktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-5:40am, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Kordin, Raħal Ġdid, fejn għal xi raġuni, mara sfat milquta minn vettura tat-tip Seat Ibiza li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Marsa.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena li joqgħod Marsaskala. 

Il-mara li għandha 51 sena, residenti Marsaxlokk ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex tingħata l-kura meħtieġa.  Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġriehi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

More in Kronaka