Fil-ħinijiet bikrin ta' dalgħodu għal ħabta tal-4:00am, f'Paceville ġie rappurtat li tfajla Ungeriża ta' 27 sena ddaħlet l-isptar biex tingħata l-kura wara li allegat li sfat stuprata u aggredita bil-ponn. Skont TVM, din it-tfajla kienet qed titlob l-għajuna u minnufih marru l-pulizija li ħaduha l-isptar permezz tal-ambulanza. Sadattant, il-Pulizija arrestat raġel ta' Nazzjonalista Libjana b'rabta mal-każ. It-tfajla ilha għal xi żmien tgħix Malta.