Erbgħa mejta u mijiet midruba f'ħabta bejn żewġ ferroviji

Iż-żewġ ferroviji li ħabtu f'xulxin fil-Ġermanja ħallew minn tal-inqas erba' persuni mejta

Żewġ ferroviji ħabtu f'xulxin fil-Ġermanja fin-naħa t'Isfel tal-pajjiż, li s'issa ħallew erba' persuni mejta waqt li bosta oħra sfaw midruba.

Din il-ħabta 'head on' seħħet iktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7:00 am viċin Bad Aibling, fin-naħa t'isfel tal-belt ta' Munich.

Il-pulizjia qalet li l-ħaddiema tas-salvataġġ kienu fuq il-post jippruvaw joħorġu n-nies minn qalb it-tifrik. Intqal ukoll li erba' kienu ċċertifikati mejta waqt li iktar minn 100 persuna kienu ġarrbu xi ġrieħi, bi 15 minnhom ikunu f'qagħda kritika u 40 oħra jweġġgħu b'mod gravi.

More in Kronaka