Finlandiż ta' 27 sena ttieħed Mater Dei wara li sofra ġrieħi gravi. Allegatament, ir-raġel li huwa residenti l-Gżira, kien miexi fi Triq ix-Xatt fil-Gżira, kellu argument ma' persuna u sussegwentement ġie attakkat minn xi persuni.
Il-każ seħħ iktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7:00 am. Il-vittma ttieħed Mater Dei minn ħabiba tiegħu u hemmhekk irriżulta li l-ġrieħi li ġarrab kienu ta' natura gravi u aktarx sarulu permezz ta' arma li taqta'.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Tas-Sliema u dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.