Il-konservazzjoni tat-tigra Siberjana qed tinġieb bħala skuża biex jinħareġ permess għal żoo L-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi li bħalissa qed jopera mingħajr permess, irraportat is-sit tal-MaltaToday illum.
Iż-żewġ tigri huma fost 250 annimal li hemm f'dan iż-żoo. It-tigra Siberjana tgħix primarjament fir-Russja fejn għalkemm għadha fil-periklu bħala speċi, in-numru ta' tigri żdiedu fl-aħħar mitt sena. 80 sena ilu l-popolazzjoni tagħhom kienet waqgħet għal bejn 20 u 30. Illum huwa stmat li hemm 360 tigra, li għadha popolazzjoni żgħira ħafna. Fil-fatt il-lum il-ġurnata hemm aktar tigri siberjani fil-kattivita milli fis-selvaġġ.
Minkejja li dan iż-żoo m'għandux il-permessi meħtieġa, il-gvern ħarġilhom approvazzjoni veterinarja biex iżommu dawn it-tigri fil-faċilita.