Iktar kmieni dalgħodu, raġel tilef ħajtu meta nqaleb fork lifter fuqu fil-post mgħaruf bħala Tar-Robba, l-Qrendi.
Il-Pulizija kienet infurmatha bl-inċident għall-ħabta tad-disgħa neqsin għoxrin. Mal-wasla tagħhom fuq il-post sabu tim mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll diversi membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Minkejja dan, ir-raġel kien iddikkjarat mejjet fuq il-post.
L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet biex jiġi stabbilit x’wassal għal dan għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett taż-Żurrieq filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.