Il-Fgura trid aktar ġonna mhux supermarkets
Is-Sindku Byron Camilleri jgħid li l-proposta tal-Lidl taf tkun tikser il-pjan lokali
More in Kronaka
Is-Sindku Byron Camilleri jgħid li l-proposta tal-Lidl taf tkun tikser il-pjan lokali
Is-Sindku tal-Fgura Byron Camilleri qal li l-Fgura għandha aktar bżonn ta’ ġonna pubbliċi milli supermarkets. Hu kien qed jirreferi għall-bini propost ta’ supermarket tal-Lidl fejn illum hemm scrapyard. Hu wissa wkoll li dan l-iżvilupp jaf imur kontra il-pjan lokali tal-Fgura. Il-pjan lokali jgħid li l-iżvilupp ta’ dan is-sit għandu jinkludu spazju ta’ rikrejazzjoni u spazji miftuħa.
F’artiklu li deher fil-MaltaToday il-Ħadd li għadda, Camilleri żied jgħid li l-proposta ta’ Lidl tagħmel użu minn biċċa l-kbira ta’ dik l-art li hemm għall-bini tas-supermarket u l-ipparkjar u ftit jibqa’ art għal ġnien pubbliku. Hu qal li dan is-supermarket propost se jżid il-konġestjoni tat-traffiku fil-Fgura.