Sit elettroniku ġdid tal-Malta Public Transport

Intenzjonat li jgħin lill-pubbliku jippjana l-vjaġġ tiegħu

Website ġdida tal-Malta Public Transport
Website ġdida tal-Malta Public Transport

Malta Public Transport illum nediet sit elettroniku ġdid publictransport.com.mt. Dan is-sit huwa ddiżinjat biex jgħin lil minn juża t-trasport pubbliku w iservi ta’ sit ewlieni fejn min juża t-trasport pubbliku jista’ jinqeda. Is-sit elettroniku l-ġdid jissostitwixxi s-sit tallinja.com.

Malta Public Transport illum nedhiet sit elettroniku ġdid li huwa publictransport.com.mt, li se jkun qed jissostitwixxi s-sit tallinja.com. L-iskop ta’ dan is-sit huwa li jgħin lil dawk kollha li jużaw it-trasport pubbliku billi jipprovdi informazzjoni affidabli u aġġornat fuq dan is-servizz.

Malta Public Transport qalu li l-għan ta' dan is-sit hu li jgħin lill-pubbliku jippjana l-vjaġġ tiegħu minn kwalunkwe post f’Malta u Għawdex għal kwalunkwe post ieħor fil-pajjiż. Wieħed jista’ jsib informazzjoni fuq ir-rotot individwali u skedi billi jfittex bl-isem tal-waqfa, bin-numru tal-waqfa jew bin-numru tar-rotta. Hemm ukoll il-faċilita’ biex wieħed ikun jista’ jirreġistra għal tallinja card ġdida, jittopja t-tallinja card, kif ukoll jara kemm għad fadallu flus fit-tallinja card. Dan is-sit jinkludi wkoll l-aġġornamenti fuq is-servizz.

More in Kronaka