Żagħżugħ ta' 18-il sena jinsab f'kundizzjoni kritika wara li ntlaqat f'rasu waqt it-training tal-futbol. Iż-żagħżugħ li huwa mill-Albanija, imma joqgħod Birżebbuġa, kien qed jagħmel it-taħriġ tal-futbol fil-Gudja meta intlaqat minn ballun f'rasu minn plejer ieħor.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7.15pm. Kienu sħabu tat-tim li ċemplu għal ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għall-kura.
Il-pulizija tad-distriett qed jinvestigaw, waqt li numru ta' esperti ġew maħrtura biex jassistu.
District police are investigating and a number of experts have been appointed to assist.