Imut qabel temm il-maratona

Ħassu ħażin kilometru bogħod minn tmiem il-maratona

Ingliż ta' 55 sena li kien qed jieħu sehem fil-Malta Marathon miet illlum ftit wara li ħassu ħażin waqt li kien qed jiġri l-maratona u kien wasal tas-Sliema, kilometru bogħod mit-tmiem. Il-pulizija qalet li dan ħassu ħażzin eżatt fil-11.30. Il-kawża ta-mewt għadha mhix magħrufa. TVM irrapurtaw li l-Ingliż kien akkumpanjat minn martu waqt il-maratona u tabib kien tah il-clearance bie xiġri l-maratona wara li xi ġimgħatejn ilu kien ħass uġiegħ f'sidru.

More in Kronaka