Patrijiet jagħmlu nasba lil Ċikonja u joqtluha
Il-partit favur l-annimali qed jitlob lill-isqof li jidentifika lil min għamel dan l-att faħxi
More in Kronaka
Il-partit favur l-annimali qed jitlob lill-isqof li jidentifika lil min għamel dan l-att faħxi
Fuq is-sit ‘nonsoloanimali.com’, sit favur il-ħajja u l-annimali ħarġu ritratti li jkexkxu kif patrijiet għamlu nassa għal ċikonja biex malli tmur fil-bejta tagħha tinqatel billi tidħol ħadida fiha. Dan il-qtil taċ-ċikonja sar fuq il-kampnar tal-Knisja tal-madonna tan-Niket li hemm f’Navalmoral de la Mata. Skont il-partit kontra l-moħqrija tal-annimali, il-PACMA qalu li dawn il-ħadid li daħlu fiċ-ċikonja kienu mpoġġija minn patri tal-parroċċa. Huma qalu wkoll li l-kampnar li qagħdet fuqu iċ-ċikonja kien tas-siment u ma kienx ta’ periklu għal ħadd li tagħmel il-bejta tagħha hemm. “probabbilment il-povru annimal, li l-preżenza tiegħu issebbaħ l-ambjent kulfejn ikun dejqet lil dan it-tali li forsi se tħammeġ, jew inkella għandu xi problema mentali. Iżda li tiġih l-ideja li jibni attrezattura magħmula minn ħadid twil u bi xfafar bħal tas-sikkina li qatlu liċ-ċikonja bl-aktar mod krudili, hi xi ħaġa li m’hemmx spjegazzjoni għaliha” qalu l-partit PACMA.
Issa dawn qed jippretendu li ssir inkjesta sew mill-Kunsill tal-post kif ukoll mill-Isqof biex min hu respopnsabbli jiġi identifikat. Il-PACMA tesiġi li trid risposta minn dawk li suppost jirrapreżentaw il-kompassjoni u l-imħabba ta’ Alla għal kull krejatura.
Biex neħħew liċ-ċikonja mejta kellhom jmorru n-nies tal-protezzjoni ċivili (ritratt)