Raġel jindarab waqt li kien qiegħed jaħdem in-nar

Jindarab raġel f'kamra tan-nar fil-Lambordi ż-Żejtun

Raġel li kien qed jaħdem in-nar, indarab iktar kmieni dalgħodu.

Ir-raġel ta' 45 sena, indarab għall-ħabta tal-9.40 ta' filogħodu fil-kamra tan-nar fil-post magħruf bħala l-Lambordi fiż-Żejtun.

Ir-raġel, li jirrisjedi n-Naxxar, ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku qabel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.

Il-qagħda medika tiegħu għada mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett taż-Żejtun.

More in Kronaka