Huma 13 il-vittmi li mietu f'inċident fejn kowċ li kien qed iġorr 57 studenta lejn Barcelona u li kienu assenjati mill-Erasmus inqalbet. Ix-xufier li ġie arrestat u se jiġi akkużat bi qtil minħabba imprudenza qal, "skużawni irqadt'. Dawn iż-żgħażagħ kienu ġejjin minn 22 nazzjonalita differenti fejn fosthom kien hemm 7 mill-mejtin li kienu Taljani fejn waħda minnhom għandha kunjom Malti, Francesca Bonello. Il-vittmi l-oħra huma żewġ Ġermaniżi, Rumena, Uzbeka, Franċiża u Awstrijaka.Dawk kollha li mietu kienu bil-qiegħdha mal-ħġieġa u ħafna minnhom ġew salvati għax kienu lebsin iċ-ċinturin tas-sigurta (seat belt)