Raġel midrub gravi b'sikkina

Libjan ġie allegatament aggredit minn raġel armat

Libjan ta’ 35 sena sofra ġrieħi gravi meta kien allegatament aggredit minn raġel ieħor armat b’sikkina.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-inċident seħħ abbord vapur sorġut f’tarzna bejn Il-Moll tal-Knisja u Xatt il-Mollijiet, il-Marsa, għall-ħabta tat-3:15 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post, il-Pulizija tad-Distrett tal-Belt u r-Rapid Intervention Unit sabu lill-vittma b’ferita f’għonqu u għalhekk ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei, fejn kien sussegwentament iċċertifikat li kien sofra ġrieħi gravi.

Sadattant, kien identifikat u arrestat raġel barrani ieħor li hu suspettat li kellu argument mal-vittma u sussegwentament ħebb għalih fuq il-pruwa tal-vapur.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Dsitrett.

More in Kronaka