L-attakki mdemmija ta' dalgħodu fi Brussell, s'issa ħallew 35 persuna kkonfermati mejta waqt li għexieren oħra sfaw midruba. L-isplużjonijiet seħħew fl-ajruport Zaventem ta' Brussell u fl-istazzjon tal-metro Maelbeek ftil 'il bogħod mill-uffiċċji tal-Unjoni Ewropea.
Malti kien wieħed mill-midruba fejn ġie identifikat bħala Lorenzo Vella li huwa ħaddiem f'Dar Malta. Għalkemm sofra xi ġrieħi, huwa jinsab konxju u mhux f'kundizzjoni gravi. Aqra aktar hawn.