Biża' li barrani kellu bomba fuqu fuq tal-linja

Jirriżulta li dan kollu kien nuqqas ta' ftehim bejn ix-xufier u l-passiġġier

Iktar kmieni kien hemm biża' li fuq karozza tal-linja, raġel barrani kellu fuqu bomba. Għalhekk, ix-xufier waqqaf il-karozza u sejjaħ għall-għajnuna.

Minn stħarriġ preliminari, jirriżulta li dan kien kollu nuqqas ta' ftehim meta x-xufier tal-karozza tal-linja ħaseb li l-passiġġier qallu li għandu bomba fuq il-persuna tiegħu.

Minħabba f'hekk, it-triq ingħalqet għat-traffiku u fuq il-post issejħu membri mill-'bomb disposal unit' flimkien mal-pulizija biex jinvestigaw f'kien qed jiġri. Jirriżulta madanakollu, li r-raġel ma kellu l-ebda bomba fuqu, waqt li l-pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija tagħha fiż-żona. L-inċident seħħ fil-Marsa, biswit il-Park and Ride tal-Marsa. 

Qed jirriżulta li din hi ġurnata bieżla għall-ħaddiema tal- 'bomb disposal unit' hekk kif iktar kmieni filgħodu, issejħu fi Triq San Zakkarija fil-belt fejn ingħalqet it-triq minħabba li kien hemm rapporti ta' pakkett suspettat li rriżulta li kien basket mimli bil-ġugarelli. minbarra dan, iktar kmieni matul il-ġurnata kienu msejħa l-Armier wara li splodiet bomba li tpoġġiet ma' waħda mill-kmamar tal-Armier.

More in Kronaka