Serqa f'Ħad Dingli....il-Pulizija qed iżżomm raġel

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:15, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu daħlu f’razzett fi Triq ir-Rabat, Ħad-Dingli sabiex jisirqu. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-Pulzija tar-Rabat jidher li żewġt irġiel b’wiċċhom mgħotti kienu daħlu ġewwa r-razzett u bdew jitolbu l-flus mingħand il-propjetarji.  Wieħed mill-irġiel kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta. 

Jidher ukoll li l-ħallelin baqħhu jinsistu għall-flus iżda kif raw li l-vittmi ma kellhom xejn xi jtuhom dawn ħarbu minn fuq il-post.  Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Il-Pulizija qiegħda żżomm raġel sabiex jgħinha fl-investigazzjonijiet tagħha.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Ghassa Dr I Farrugia LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.Aktar stħarrig min-naħa tal-Pulizija għadu għaddej.

 

 

More in Kronaka