Mara titlef ħajjitha f'inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

Mara ta' 31 sena mis-Siġġiewi stess mietet l-isptar wara inċident fil-bypass tal-istess lokalità

Ix-xena tal-inċident | Lourdann Psaila mal-vettura tagħha
Ix-xena tal-inċident | Lourdann Psaila mal-vettura tagħha
Il-vittma Lourdann Psaila
Il-vittma Lourdann Psaila

Mara ta' 31 sena residenti s-Siġġiewi, identifikata bħala Lourdann Psaila tilfet ħajjitha f'inċident tat-traffiku li seħħ is-Siġġiewi stess,

L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-22:15  fil-bypass tal-istess lokalità, Triq Mons. Mikiel Azzopardi.

It-tfajla tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha Toyota Vitz, meta kienet qed issuq, bil-konsegwenza li laqtet il-bankina, u ħabtet f'arblu li kien hemm fl-istess bankina. 

Mad-daqqa l-vettura baqgħet dieħla ġo vettura oħra li kien hemm ipparkjata fl-istess triq.  

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorgu lill-vittma mill-vettura u tittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Sfortunatament aktar tard il-mara tilfet ħajjitha. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Vella LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

More in Kronaka