Reporter l-aktar segwit wara Dissett

Analiżi dwar l-istħarriġ tal-awtorita tax-xandir

Il-programm Reporter ippreżentat minn Saviour Balzan, huwa l-iktar programm ta’ diskussjoni politika u ġrajjiet kurrenti segwit fuq l-istazzjonijiet lokali minn fost il-programmi l-oħra tal-istess ġeneru li jixxandru fl-istess ħin.

Huwa biss il-programm Dissett, immexxi minn Reno Bugeja li għandu udjenzi ikbar minn Reporter, possibbilment minħabba l-fatt li dan il-programm jixxandar f’ħin differenti, jiġifieri eżatt wara l-aħbarijiet tat-tmienja li għandhom udjenzi kbar.

Skont l-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, Reporter jakkumula madwar 43,600 fil-ħinijiet li jixxandar fih, bil-programm li jiġi qablu, jiġifieri Dissett, jiġbed lejh mas-46,900 persuna. Il-programmi l-oħra tal-istess ġeneru, jiġifieri diskussjoni politika, li jixxandru fl-istess ħin ta’ Reporter: Times Talk u Realtà kisbu udjenzi ta’ 35,500 u 40,100 fil-ħinijiet tagħhom rispettivament.

 

More in Kronaka