Raġel f'qagħda gravi wara inċident fuq il-post tax-xogħol

....kien qed jaħdem fuq scaffolding f'Ħal Kirkop

Raġel ta’ 47 sena sofra ġrieħi ta’ natura gravi meta waqa’ għoli ta’ madwar ħames metri ġewwa fabbrika fi Triq l-Industrija, Ħal Kirkop. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15 p.m..

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li r-raġel, li hu ta’ nazzjonalità Indjana u jgħix l-Imsida, kien qiegħed jaħdem fuq scaffolding meta waqa’.

Il-Pulizija tad-Distrett kienu nfurmati bil-każ mal-wasla tar-raġel l-Isptar Mater Dei u qed jinvestigaw il-każ.

 

More in Kronaka