Żagħżugħ ta' 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq Sant' Antnin f'Marsaskala. Iż-żagħżugħ kien qed isuq fid-direzzjoni ta' Ħaż-Żabbar ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11.20pm meta għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, Hyundai Accent, u baqa' dieħel f'ħajt.
Il-Pulizija tad-distrett waslu fuq il-post ftit ħin wara, fejn sabu l-vettura timblokka karreġġjata tat-traq, waqt li kien hemm parti mill-ħajt li jdawwar l-impjant ta' riċiklaġġ, kien waqa' mal-impatt.
Is-sewwieq li hu miż-Żejtun ittieħed permezz ta' ambulanza l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.