(FILMAT) Turisti fit-Tajlandja jingħataw xeba u ħadd ma jgħinhom

Familaj Skoċċiża spiċċaw mitlufin minn sessihom fit-toroq tat-Tajlandja

Lewis u Rose li ngħataw xeba bla ħniena għal xejn b'xejn
Lewis u Rose li ngħataw xeba bla ħniena għal xejn b'xejn

Tliet turisti Skoċċiżi li kienu fuq vakanza fit-Tajlandja waqt il-festival tal-ilma spiċċaw mitlufin minn sessihom fl-art meta gang ta' żgħażagħ tajlandiżi, daru għalihom ta' xejn b'xejn u bdew jsawtuhom bla ħniena. Lewis Owen ta' 68 sena, martu Rosemary ta' 65 sena u binhom John ta' 43 sena, bdew jissawtu bl-addoċċ mingħajr ma ħadd pprova jgħinhom anke jekk dawn bdew jissawtu fi triq mimlija nies.

It-Tajlandja dis-sena kellha boom ta' turisti fejn kellhom 32 miljun turist iżda dan il-fattur m'għamilx ġid lit-turiżmu Tajlandiż, speċjalment li l-midja Ingliża qed tgħid li lanqas il-pulizija ma taw każ dan il-barabariżmu fit-toroq li kieku ma ħariġx il-filmat fuq l-internet. Fil-fatt wara tliet ijiem l-pulizija ħadet azzjoni fejn arrestaw tlieta u qed ifittxu żewġ żgħażagħ oħra.

More in Kronaka