Erba' midruba f'inċident tat-traffiku

Fost il-persuni involuti, mara sofriet ġrieħi gravi

Mara sofriet ġrieħi gravi filwaqt li mara oħra u żewġt irġiel sofrew ġrieħi ħfief f’ħabta bejn tliet vetturi li seħħet dalgħodu.

L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tas-7:20 fi Triq Burmarrad, il-Mosta. Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-impatt seħħ bejn Mitsubishi Shogun misjuq lejn il-Mosta minn raġel ta’ 63 sena residenti San Pawl il-Baħar u Ford Transit u Peugeot 309 li kienu qed jinstaqu lejn Burmarrad. Dawn kienu qed jinstaqu minn mara ta’ 40 sena residenti San Pawl il-Baħar u raġel ta’ 59 sena residenti l- Mosta rispettivament.

Riekba fil-Ford Transit kien hemm ukoll mara ta’ 51sena residenti n-Naxxar. L-erba’ persuni ttieħdu b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie stabbilit li l-passiġġiera

L-erba’ persuni ttieħdu b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie stabbilit li l-passiġġiera kienet sofriet ġrieħi gravi filwaqt li t-tliet sewwieqi sofrew ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett tal-Mosta.

More in Kronaka