Birkirkara l-aktar lokalità li jsiru inċidenti tat-traffiku fiha

Żieda ta' 3.9% fl-inċidenti fl-ewwel kwart tas-sena meta mqabbla mas-sena ta' qabel

Ritratt: Arkivji
Ritratt: Arkivji

Birkirkara kienet l-iktar lokalità li rat inċidenti tat-traffiku fiha, b'total 306 inċident, li jammontaw għal 8.2% tal-inċidenti kollha, bil-lokalità ta' Ħal Qormi tkun it-tieni l-aktar waħda, b'190 inċident.

Dan it-tagħrif joħroġ minn statistika tal-NSO li wriet li matul l-ewwel kwart ta' din is-sena, ġiet irreġistrata żieda ta' 3.9% fuq l-istess perjodu tas-sena ta' qabel.

Fl-istess waqt, in-numru ta' persuni li weġġgħu f'dawn l-inċidenti raw żieda ta' 29% fuq is-sena ta' qabel, li jammontaw għal 467, li minnhom , iktar min-nofs kienu x-xufiera tal-vettura. Kienu 3 xufiera u passiġġier wieħed li tilfu ħajjithom f'inċident tat-traffiku.

Il-ġurnata tal-ġimgħa, li fuq medja tara l-iktar inċidenti tat-traffiku huwa l-jum tal-Ħamis, b'total ta' 616 każ, waqt li s-Sibt hi l-ġurnata li l-iktar li jkun hemm persuni li jsofru xi tip ta' ġrieħi mill-inċidenti.

More in Kronaka