Iktar kmieni dalgħodu, mara li kienet il-venda tal-karozzi tal-linja fil-Belt Valletta intlaqtet minn karozza tal-linja u ġarrbet xi ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15 ta' dalgħodu meta għal xi raġuni, karozza tal-linja li kienet misjuqa minn raġel ta' 30 sena minn Marsaskala, laqtet mara ta' 35 sena mill-Mosta li kienet qiegħda fil-venda fil-belt.
Il-mara sofriet xi ġrieħi, tant li ssejħet l-ambulanza sabiex tassisti lill-mara, li ttieħdet għall-kura l-isptar. Il-mara ġiet ċertifikata li tinsab f'qagħda kritika.
Intant, fi stqarrija, il-Malta Public Transport qalet li l-Kumpanija qed tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fl-investigazzjonijiet tagħhom.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġie nfurmat bil-każ u ħatar diversi esperti biex jassistuh f’inkjesta maġisterjali.