Anzjan Rabti ta’ 97 sena, tilef ħajtu iktar kmieni dalgħodu wara li kien involut f’inċident fejn safa' milqut minn vettura.
L-inċident seħħ iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-8:30 fi Vjal il-Ħaddiem, fir-Rabat.
Minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija tad-Distrett tar-Rabat, jirriżulta li r-raġel kien qed jaqsam it-triq meta ġie milqut minn vettura tat-tip Toyota Townace misjuqa minn raġel ta’ 48 sena mir-Rabat ukoll.
Ir-raġel ittieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika, iżda sfortunatament, iktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret diversi esperti biex jassistuha f’inkjesta maġisterjali.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.