Fil-periklu tal-mewt u ieħor bi ġrieħi gravi

Tmien Franċiżi feruti wara li lbieraħ ċediet gallarija ta' ristorant

Ritratt: Chris Mangion
Ritratt: Chris Mangion
Membri tal-forsi armati fil-ħidma wara l-inċident
Membri tal-forsi armati fil-ħidma wara l-inċident

Mara minn fost it-tmien persuni midruba lbieraħ wara li ċediet il-gallarija ta' ristorant f'San Ġiljan, tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.

Il-Pulizija kkonfermat li kienu tmienja l-persuni li weġġgħu f'dan l-inċident, u kollha kemm huma, huma ta' nazzjonalità Franċiża. It-tmien persuni ttieħdu l-isptar għall-kura, u fosthom kien hemm mara ta' 46 sena li ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha. Raġel ieħor minn fost it-tmienja, li għandu 46 sena ġarrab ġrieħi gravi. Il-bqija tal-persuni weġġgħu sofrew ġrieħi ħfief.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-8:10 meta għal xi raġuni kienet ċediet gallarija ta' ristorant fil-Balluta li fiha kien hemm numru ta’ persuni. Jidher li meta ċediet, din ġiet fuq gallarija oħra li hemm taħtha bil-konsegwenza li n-nies waqgħu u tlieta minnhom spiċċaw fuq il-blat.

Fil-gallarija ta’ taħt dik li sfrondat ma kienx hemm nies. Fuq il-post issejħu l-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Forzi Armati ta’

Malta u diversi ambulanzi sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom.

Mistennija wkoll issir inkjesta mill-Maġistrat Inkwirenti. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka