Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku iktar kmieni dalgħodul. Għall-ħabta tad-9:00 ta' dalgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident fi Triq Ħal Farruġ, L-Imqabba.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żebbuġ kien qed isuq vettura tat-tip Citroen C2, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fil-fence li hemm mad-dawra tal-ajruport, bil-konsegwenza li qaċċat parti minnhu.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal kura medika. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija mid-Distrett taż-Żurrieq għadha għaddejja.