Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-3:00, il-Pulizija kienu nfurmati li f’parapett ta’ stabbiliment li jinsab fi Triq San Ġorg, San Ġiljan kien hemm argument.
Il-Pulizija mid-Distrett ta' San Ġiljan marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel Koloumbjan ta’ 37 sena u li huwa residenti s-Swieqi kellu argument ma’ żewġ persuni oħra li l-identità tagħhom għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei sabiex jingħata il-kura meħtieġa. Aktar tard il-vittma ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjoni fuq il-każ.