Siringi użati fil-latrina pubblika ta' Ħal Tarxien

Rabja fuq Facebook għal dawn is-siringi mċappsin bid-demm li tħallew fil-latrina

Fuq diversi paġni fuq is-sit soċjali facebook, tfaċċa ritratt li ttieħed ftit tal-ħin ilu li jkexkxek meta tara diversi siringi użati u tiċpis ta' demm mormija f'nofs il-latrina pubblika ta' Ħal Tarxien. Kollox jindika li dawn li ramewhom hemm, jabbużaw mid-droga u dan ir-ritratt ħoloq rabja minn diversi nies li raw li mhux sew li dawn is-siringi ntefgħu hemm b'periklu għal min jidħol fil-latrina u jitniggeż.

Kien hemm min ħareġ bl-idea li s-siringi li jingħataw b'xejn lil min jabbuża mid-droga, għandhom jinnutaw meta dawn joħdulhom lura dawk użati.

More in Kronaka