Il-Franċiżi reġgħu daħlu l-Imdina ... din id-darba għarwenin

Żewġ żgħażagħ Franċiżi jinstabu ħatja wara li l-Pulizija quddiem id-dar ta' RCC irraportahom jiġru mal-Imdina mingħajr ħwejjeġ

L-Imdina, fejn iż-żewġ Franċiżi qagħdu jiġru għarwenin bħala kastig
L-Imdina, fejn iż-żewġ Franċiżi qagħdu jiġru għarwenin bħala kastig

Żewġ Franċiżi li tressqu l­-qorti b'arrest nhar il­-Ġimgħa, wara li nstabu jiġru għarwenin f' Misraħ San Pawl ġewwa l­-Imdina, kienu qegħdin jiġu kkastigati talli lagħbu ħażin fil-logħba rugby.

Iż-żewġ żgħażagħ ġew imressqa quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras mill­Ispettur Neville Mercieca, li spjega kif fil­jum ta' qabel, għall-­ħabta ta-l­4.00 p.m. pulizija li kien qiegħed għassa mad-­dar tal­-eks ­Ambaxxatur Malti għall-­Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana informa lill­-għassa li kien hemm żewġt irġiel jiġru għarwenin fit­-toroq ta-l­belt antika.

Dan bagħat għadd ta' ritratti li kien ħa bil-­mobajl, lill­ispettur. L­-imputati ġew arrestati mill-­pulizija fi triq Villegaignon. L­-umiljazzjoni taż­żewġ żagħżagħ kien komplut hekk kif ir-­ritratti ġew ippreżentati fl­-Awla, fost it­tbissim ta' dawk preżenti.

L-imputati jiffurmaw parti mit­tim Franċiż Essec, li jinsab Malta lest għal logħba kontra tim Malti, fl-International Clubs Tournament. L­ispettur spjega li ż­żewġ imputati kienu ġew mġiegħla jiġru għarwenin bħala forma ta' kastig, minħabba l-prestazzjonijiet ħżiena taggħom f'logħbiet preċedenti. L-­Avukat tad-­difiża Victor Bugeja informa lill-­maġistrat li ż­-żewġ imputati xtaqu jammettu, filwaqt li fakkar lill-Qorti li ż­żewġ plejers kienu kkoperaw bis­sħiħ mal-­Pulizija u għalhekk il-­Qorti tista' tikkonsidra tnaqqis fil-piena. Il-­Qorti, wara li sabet lill-­imputati ħatjin, lliberathom bil-­kundizjzoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien sitt xhur u ordnat liż-­żewġ imputati jħallsu multa ta' €250 'l wieħed.

More in Kronaka