Fiż-żmien li ġej mistennija titħabbar skema li għandha l-għan li tagħti imbuttatura lil negozji żgħar, speċjalment dawk li huma mmaniġġjati mill-familja. Dan żvelatu mal-gazzetta ILLUM il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU Abigail Psaila Mamo li spjegat kif wara diskussjonijiet mal-Gvern u fid-dawl tal-kompetizzjoni qawwija li qed jaffaċċjaw negozji żgħar, speċjalment fil-qasam tal-ħwejjeġ, kull min jixtieq jaqleb in-negozju tiegħu onlajn se jingħata għotja.
“L-iskema se tkopri għotja ta’ madwar nofs l-ispejjeż li jkollu negozjant biex jagħmel din il-qalba, bil-premessa li s-sit ikun wieħed li mhux biss juri l-prodotti imma li joffri wkoll il-faċilità li l-konsumatur jixtri l-istess prodotti onlajn.”