DJ Lito jitlef ħajtu f'inċident bil-karozza f'Bormla

.....kien għadu kif ippostja fuq Facebook tiegħu li xtaq ikun il-grawnd u ma setax

Illum, għall-ħabta tas-18:45, il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Dom Mintoff, Bormla.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Bormla, marru immedjatament fuq il-post, u minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn tliet vetturi. Vettura tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Birgu, li hu Manuel Micallef magħruf bħala DJ Lito,  vettura tat-tip Ford Fusion misjuqa minn raġel ta’ 53 sena li flimkien miegħu kien hemm mara ta’ 58 sena, it-tnejn residenti il-Marsa u vettura oħra tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Marsaskala. 

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u team mediku mill-isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post sabiex jassistu lill-vittmi. Sfortunatament is-sewwieq tal- vettura Toyota Aygo ġie ccertifikat mejjet fuq il-post, filwaqt li l-mara li kienet riekba fil vettura Ford ittieħdet l-isptar Mater Dei sabiex tingħata il-kura meħtiega.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka