F'dawn l-aħħar 5 snin, kien hemm 33 persuna li ntbagħtu l-ħabs fuq akkużi ta' abbuż fuq minorenni. Is-sentenza ta' dawn il-każi tvarja minn 6 xhur għall-inqas sentenza, u titla' għal sentenza ta' 10 snin f'żewġ każi matul dawn is-snin.
L-aktar sena li rat każi ta' persuni mogħtija senteza ta' ħabs f'dan ir-rigward kienet is-sena 2014 meta kienu 10 persuni li ntbagħtu l-ħabs. Matul din is-sena, jiġifieri l-2016, s'issa ntbagħtet persuna waħda biss il-ħabs fejn ingħatat sentenza ta' 4 snin u 6 xhur priġunerija.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali għal mistoqsija tad-deputat Laburista Etienne Grech.