Raġel ta' 47 sena minn Bormla jweġġa' wara li waqa' minn għoli ta' żewġ sulari fil-Manikata.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kif waqgħat persuna minn għoli fi Triq il-Fuħħar, il-Manikata.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li waqt li raġel kien qiegħed fuq bejt, għal xi raġuni waqa’ ġo shaft għoli ta’ madwar żewġ sulari. Ir-raġel li għandu 47 sena u huwa residenti Bormla ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt iżda n-natura tal-ġrieħi tiegħu kienu gravi.