Ġejjin ġranet sħan, iżda mhux mewġa ta' sħana

L-Uffiċċju Meterjoloġiku jwissi dwar temperaturi għoljin, iżda mhux fuq livell ta' mewġa ta' sħana

Twissija ta' ġranet sħan, iżda mhux meġa ta' sħana
Twissija ta' ġranet sħan, iżda mhux meġa ta' sħana

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku, illum it-temperatura ser titla' sa 33 grad, iżda tinħass aktar daqs 38 grad, speċjalment jekk wieħed ikun espost għax-xemx.

Madankollu, l-uffiċċju jisħaq u jserraħ moħħ il-poplu, li m'aħniex deħlin f'mewġa ta' sħana.

"L-Uffiċċju Meterjoloġiku jiddikjara mewġa ta' sħana meta t-temperatura massima titla' 'l fuq mill-medja b'ħames gradi, għal tliet ijiem konsekuttivi jew aktar", saħaq kelliem mill-Uffiċċju Meterjoloġiku. Il-medja ta' Ġunju normalment tkun bejn 33 u 34 grad.

Jekk it-temperaturi jkompli jiżdiedu fil-jiem li ġejjin u jaqbżu l-34 grad, imbagħad inkunu dħalna fl-ewwel mewġa ta' sħana għal din is-sena.

More in Kronaka